Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 12 Diċembru 2024
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

Oħloq il-mapep statistiċi tiegħek bl-għodda IMAGE tal-Eurostat

Sample product - Eurostat image tool
EC

Il-mapep huma għodda effettiva li tgħin lill-qarrejja jifhmu malajr informazzjoni kumplessa filwaqt li jpoġġuha f’kuntest ġeografiku. Bl-għodda IMAGE tal-Eurostat tista’ tħejji inti stess il-mapep statistiċi Ewropej li teħtieġ u f’diversi formati ta’ mapep predefiniti. Il-ġeneratur tal-mapep joffri varjetà wiesgħa ta’ possibbiltajiet. Tista’ tuża kemm id-data nazzjonali kif ukoll dik reġjonali, ittella’ d-data, jew tillowdjaha direttament mill-bażi tad-data tal-Eurostat. Barra minn hekk, l-għodda tippermettilek tiffoka fuq pajjiżek, jew inkella tagħżel mappa tad-dinja. Bħala l-ewwel pass, tista’ tagħti daqqa t’għajn lejn it-taqsima tal-għajnuna, li fiha spjegazzjoni permezz ta’ filmat u eżerċizzji ta’ taħriġ. L-għodda IMAGE hi disponibbli bl-24 lingwa tal-UE. 

Materjal informattiv ġdid

Qatt qabditek il-kurżità dwar kif isiru l-mapep statistiċi tagħna? Tixtieq tagħmel il-mapep int ukoll? Il-Ġeneratur Interattiv tal-Mapep tal-Eurostat (IMAGE) huwa għodda bbażata fuq l-internet li tippermettilek tħejji malajr mapep statistiċi professjonali billi żżid id-data jew itellagħha direttament mill-bażi tad-data tal-Eurostat.

Grupp ta’ età
  • 'Il fuq minn 15-il sena

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
12 Diċembru 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Type of content
  • News

DISCLAIMER

We are currently experiencing some technological issues as we work to update the EU & Me quiz following the European elections. If you notice any inaccuracies please email us at COMM-Info-Publicationsatec [dot] europa [dot] eu (COMM-Info-Publications[at]ec[dot]europa[dot]eu) and we will resolve the issue as quickly as possible.