L-iskejjel sekondarji fil-pajjiżi kollha tal-UE issa jistgħu jibdew jirreġistraw għal Juvenes Translatores, il-konkors annwali tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Din is-sena, l-istudenti żgħażagħ li twieldu fl-2007 se jittraduċu testi dwar is-suġġett “Żgħażagħ Ewropej”.
L-iskejjel jistgħu jirreġistraw online għall-istudenti tagħhom biex jikkompetu ma’ studenti oħra bħalhom fl-UE kollha. Ir-reġistrazzjoni fi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE hija miftuħa sa 12.00 CET fl-14 ta’ Ottubru 2024.
Il-kompetizzjoni se ssir online fl-28 ta’ Novembru.
Kuntest
Kull sena mill-2007, id-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea mexxa l-konkors Juvenes Translatores fl-iskejjel fl-Unjoni Ewropea kollha. Il-konkors tat-traduzzjoni jagħti liż-żgħażagħ togħma ta’ xi jfisser li tkun traduttur, iħeġġiġhom jitgħallmu lingwi barranin u jista’ jispira lil xi wħud minnhom biex isiru tradutturi professjonali. Kull sena jipparteċipaw madwar 3,000 żagħżugħ minn kważi 700 skola sekondarja.
Sorsi
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 12 Settembru 2022
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- Competition