
Għandek 18-il sena u tixtieq titgħallem dwar l-istorja u l-kultura tal-Ewropa? Tixtieq tibni ħbiberiji u toħloq konnessjonijiet madwar il-kontinent kollu? Mela DiscoverEU hi l-opportunità għalik. L-applikazzjonijiet miftuħa, mela titlifx dan iċ-ċans!
Il-kandidati magħżula se jingħataw sa 30 jum ta’ vjaġġar bil-ferrovija u se jirċievu Karta Ewropea taż-Żgħażagħ ta’ DiscoverEU, li toffri skontijiet fuq żjarat kulturali, attivitajiet ta’ apprendiment, u aktar! Ma tridx tmur waħdek? Tinkwieta xejn — int u sħabek tistgħu tapplikaw bħala grupp!
Biex tkun eliġibbli jrid ikollok 18-il sena (jiġifieri tkun twelidt bejn l-1 ta’ Lulju 2006 u t-30 ta’ Ġunju 2007 inklużi) u trid tkun resident ta’ pajjiż tal-UE jew ta’ pajjiż ieħor assoċjat mal-Erasmus+.
Biex tapplika, jew biex tikseb aktar informazzjoni, żur is-sit web uffiċjali: DiscoverEU | Portal Ewropew taż-Żgħażagħ
L-Ewropa qed tistenniek, mela agħmel l-ewwel pass!
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 27 Marzu 2025
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- News