Il-bniet u x-xjenza: ara tlaqna! - L-Unjoni Ewropea Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 8 Marzu 2025
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

Il-bniet u x-xjenza: ara tlaqna!

Science and women

Kont taf li fl-UE n-nisa jagħmlu 48 % tal-gradwati tal-PhD? Madankollu, dan il-bilanċ bejn il-ġeneri jintilef fis-settur tan-negozju u ekonomiku, fejn in-nisa jirrappreżentaw biss 22 % tar-riċerkaturi. Barra minn hekk, 34 % biss tar-riċerkaturi u 9 % biss tal-inventuri tal-UE huma nisa. Permezz tar-rapport “She Figures” (disponibbli biss bl-Ingliż), il-Kummissjoni Ewropea qed tanalizza l-progress li sar lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u tara kif jista’ jitnaqqas id-distakk li fadal bejn il-ġeneri f’dan il-qasam.   

It-tibdil fil-mentalità jista’ jibda fil-klassi – oħloq konverżazzjoni mal-istudenti tiegħek dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżek billi tuża l-graffs u d-data mir-rapport “She Figures” jew inkella agħmel diskussjoni usa’ dwar ix-xjenzi u dwar il-karrieri fix-xjenza bis-saħħa tal-attivitajiet tal-materjal tat-tagħlim bl-isem Ix-Xjenza tal-Għaġeb, li wieħed isibhom fir-Rokna tat-Tagħlim tal-UE! 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
8 Marzu 2025
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Type of content
  • News