L-isbaħ xewqat lill-għalliema kollha – intom għandkom rwol ewlieni fil-komunikazzjoni tal-UE liż-żgħażagħ!
Mill-invażjoni tar-Russja ’l hawn, l-UE tinsab magħquda fis-solidarjetà tagħha mal-Ukrajna u se tkompli tappoġġja lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha. Skont l-istimi, kważi nofs ir-refuġjati mill-Ukrajna huma tfal tal-età tal-iskola. Ir-ritorn tagħhom lejn l-iskola jgħin biex itaffi l-istress psikoloġiku tagħhom, jagħtihom sens ta’ stabbiltà u normalità u perspettiva għall-futur.
F’dawn iż-żminijiet ta’ sfida, hawnhekk issib serje ta’ artikli u riżorsi biex jappoġġjaw l-integrazzjoni tar-refuġjati żgħażagħ Ukreni fis-sistemi edukattivi tal-Istati Membri tal-UE u tal-pajjiżi tal-Erasmus+. Xi wħud mill-pubblikazzjonijiet tagħna bħalissa qed jiġu tradotti bir-Russu u bl-Ukren. Abbona għan-Newsletter tagħna hawnhekk biex iżżomm ruħek infurmat dwar id-disponibbiltà tagħhom.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 5 Ottubru 2022
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni