Bejn it-12 u d-19 ta’ April niċċelebraw iż-żgħażagħ tal-Ewropa!
B’enfasi speċjali fuq il-parteċipazzjoni demokratika taż-żgħażagħ qabel l-elezzjonijiet Ewropej f’Ġunju, il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ toffri opportunità eċċitanti għaż-żgħażagħ biex jingħaqdu flimkien u jinvolvu ruħhom ma’ oħrajn bħalhom u ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet.
Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar l-UE u l-opportunitajiet tagħha għaż-żgħażagħ, tleħħen l-opinjonijiet tiegħek dwar kwistjonijiet Ewropej importanti jew tispira ruħek minn żgħażagħ sħabek – toqgħodx lura milli tieħu sehem fl-attivitajiet organizzati matul il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ.
Biex tara l-attivitajiet kollha fl-Ewropa u lil hinn minnha, iċċekkja l-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ (Ħu parti f’attivitajiet mill-Ewropa kollha u lil hinn minnha | Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ (europa.eu).
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 8 April 2024
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- Event