
Kont taf li l-UE introduċiet ċarġer komuni għat-tagħmir elettroniku? Daqshekk tiftix fil-kxaxen biex issib iċ-ċarġer it-tajjeb! Bis-saħħa tad-Direttiva l-ġdida tal-UE dwar iċ-Ċarġer Komuni, it-tagħmir elettroniku portabbli ġdid kollu mibjugħ fl-UE issa jrid bilfors ikun jista’ jiġi ċċarġjat bil-USB-C.
Din l-inizjattiva toffri benefiċċji sinifikanti kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-ambjent:
- Aktar konvenjenza: Uża l-istess ċarġer USB-C għal aktar minn tagħmir wieħed, irrispettivament mill-marka tiegħu.
- Inqas skart elettroniku: L-użu tal-istess ċarġer se jnaqqas bil-kbir iċ-ċifra ta’ bejn wieħed u ieħor 11,000 tunnellata ta’ skart elettroniku ġġenerat kull sena minn ċarġers mormijin.
- Inqas spejjeż: Il-konsumaturi jistgħu jiffrankaw madwar €250 miljun fis-sena billi jixtru t-tagħmir mingħajr ċarġer.
- Iċċarġjar veloċi armonizzat: Gawdi minn veloċitajiet konsistenti tal-iċċarġjar bi kwalunkwe ċarġer kompatibbli.
Dawn ir-regoli diġà japplikaw għall-mowbajls, għat-tablets, għall-headphones, u għal tagħmir ieħor. Minn April 2026 ’il quddiem, se jiġu inklużi wkoll il-laptops. Issimplifika l-ħajja ta’ kuljum tiegħek u kkontribwixxi għal futur aħjar!
Kont taf li l-UE introduċiet ċarġer komuni għat-tagħmir elettroniku? Daqshekk tiftix fil-kxaxen biex issib iċ-ċarġer it-tajjeb! Bis-saħħa tad-Direttiva l-ġdida tal-UE dwar iċ-Ċarġer Komuni, it-tagħmir elettroniku portabbli ġdid kollu mibjugħ fl-UE issa jrid bilfors ikun jista’ jiġi ċċarġjat bil-USB-C.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 9 Jannar 2025
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni