
Il-jum Internazzjonali tal-Edukazzjoni fl-24 ta’ Jannar joffrilna okkażjoni biex nirriflettu dwar il-qawwa tal-edukazzjoni fit-tiswir tad-dinja tagħna. It-tema ta’ din is-sena, “L-IA u l-edukazzjoni: il-preservazzjoni tal-intervent tal-bniedem f’dinja ta’ awtomatizzazzjoni,” tenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni fin-navigazzjoni ta’ żviluppi teknoloġiċi ġodda.
Filwaqt li s-sistemi tal-IA u tal-kompjuter qed isiru dejjem aktar sofistikati, huwa essenzjali li jiġu ppreservati l-intervent u t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-bniedem. L-edukazzjoni hija kruċjali biex in-nies jiġu mgħammra bil-ħiliet biex jinnavigaw, jifhmu u jinfluwenzaw l-iżviluppi teknoloġiċi. Dan jiżgura li n-nies jibqgħu l-ewwel fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-innovazzjoni. F’dan il-Jum Internazzjonali tal-Edukazzjoni, niċċelebraw l-għalliema u l-edukaturi tagħna li jgħinu biex iż-żgħażagħ jirnexxu f’dinja li qed tinbidel malajr.
Tgħallem aktar hawnhekk dwar kif tintegra l-IA u l-awtomatizzazzjoni fil-prattiki tat-tagħlim tiegħek billi tesplora l-linji gwida dwar l-Użu tal-intelliġenza artifiċjali (IA) u tad-data fit-tagħlim u fl-apprendiment.

Dawn il-linji gwida huma mfassla biex jgħinu lill-edukaturi jifhmu l-potenzjal li għandhom l-applikazzjonijiet tal-IA u l-użu tad-<em>data</em> fl-edukazzjoni u biex iqajmu kuxjenza dwar ir-riskji possibbli.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 24 Jannar 2025
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni