Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner
Avviż tal-aħbarijiet1 Jannar 2021

Il-Portugall fit-tmexxija tal-UE

""
© European Union

Kull sitt xhur, Stat Membru differenti tal-UE jieħu f’idejh it-tmexxija fl-UE. Prattikament, dan ifisser li jmexxu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jorganizzaw il-laqgħat tal-mexxejja tal-Istati Membri, u jindikaw l-oqsma li fihom jixtiequ li l-UE timxi ’l quddiem. Fl-1 ta’ Jannar, imiss il-Portugall. Fl-isfond tal-pandemija tal-coronavirus, il-presidenza Portugiża se tagħmel pressjoni biex:

  • ikollna Ewropa reżiljenti: tingħata għajnuna lill-Istati Membri biex jirkupraw mill-pandemija;
  • ikollna Ewropa soċjali aktar b’saħħitha: niġġieldu l-faqar u l-qgħad;
  • ikollna Ewropa aktar ekoloġika: nippromwovu t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika;
  • ikollna Ewropa diġitali: nippromwovu t-tranżizzjoni diġitali;
  • ikollna Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja: insaħħu s-sħubijiet internazzjonali, pereżempju mal-Istati Uniti, l-Indja jew l-Afrika.

Skopri aktar dwar il-Portugall fil-logħba “L-UE: X’inhi?” u fil-fuljett “L-Unjoni Ewropea: Fatti u Ċifri

Aktar informazzjoni dwar il-presidenza tal-Kunsill tal-UE: https://www.consilium.europa.eu/mt/council-eu/presidency-council-eu/

 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
1 Jannar 2021