
F’Settembru tibda sena akkademika ġdida u għalhekk il-kalendarju jsir għodda essenzjali biex l-istudenti jorganizzaw ħinhom, ifasslu xi għanijiet, u jsegwu l-progress.
Il-Kummissjoni Ewropea nediet il-Kalendarju tas-Sena Skolastika 2025/26, li hu iżjed minn sempliċiment immarkar tad-dati. Ġie ddisinjat biex iħeġġeġ id-diskussjoni fil-klassijiet dwar is-sikurezza fuq l-internet. Issa li fid-dinja tal-lum, iż-żgħażagħ huma konnessi kontinwament, kif nistgħu ngħinuhom jimirħu fid-dinja diġitali bil-kunfidenza u bl-attenzjoni?
Kull xahar il-kalendarju jesplora tema li tippromwovi mġiba aktar sikura fuq l-internet. Miċ-ċibersigurtà, id-drittijiet diġitali u l-litteriżmu diġitali, din ir-riżorsa tenfasizza l-ħiliet li l-istudenti jeħtieġu biex jirnexxu fuq l-internet. Xi jfisser li nkunu sikuri, għaqlin u rispettużi fuq l-internet? Il-kalendarju jgħinek twieġeb dawn il-mistoqsijiet.
Jinkludi wkoll il-jiem ewlenin ta’ osservanza fid-dinja u fl-UE, u dawn huma opportunità f’waqtha biex fil-klassijiet jiżdied l-għarfien fuq materji importanti.
U billi t-tkabbir personali hu importanti wkoll, fih ukoll spazju biex l-istudenti jirriflettu, jippjanaw u jfasslu għanijiet għas-sena akkademika tagħhom.
Dan hu aktar minn sempliċiment kalendarju u jista’ jinstab bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Hu gwida għas-sena kollha biex xahar wara xahar nibnu l-kunfidenza diġitali.
👉 2025 2026 School year calendar #DigitalEU - Publications Office of the EU
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 24 Lulju 2025
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- News





