- Grupp ta’ età
- Suġġett
- Tip ta’ materjal
Trid titgħallem dwar l-istatistika u tuża d-data b’kunfidenza? Qed tfittex spjegazzjonijiet ċari u riżorsi oħrajn maħsubin għal min għadu jibda? Mela ċ-ċentru Ewropew għat-tagħlim tal-istatistika fil-website tal-Eurostat huwa post tat-tluq tajjeb!
Iċ-Ċentru Ewropew għat-tagħlim tal-istatistika jiġbor flimkien riżorsi ta’ apprendiment, materjal interattiv, u għodod utli bħal filmati u glossarju biex jgħinek tifhem l-istatistika aħjar. Tista’ tesplora l-istatistika skont is-suġġett, b’aċċess għal materjali tal-qari, viżwalizzazzjonijiet tad-data, webinars, u podcasts, ilkoll f’post wieħed.
Issib ukoll taqsima ddedikata għall-Kompetizzjoni Ewropea tal-Istatistika, l-aħħar aġġornamenti tan-newsletter tal-Eurostat dwar il-litteriżmu statistiku, u r-riżorsi edukattivi tal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika minn madwar l-Ewropa.
Wiġit tat-traduzzjoni jippermettilek taċċessa l-informazzjoni bl-24 lingwa kollha tal-UE.

On the same topic

Dawn il-linji gwida huma mfassla biex jgħinu lill-edukaturi jifhmu l-potenzjal li għandhom l-applikazzjonijiet tal-IA u l-użu tad-<em>data</em> fl-edukazzjoni u biex iqajmu kuxjenza dwar ir-riskji possibbli.

Din l-attività interattiva għall-klassi, li tfasslet għall-istudenti li għandhom bejn 16 u 18-il sena, għandha l-għan li, permezz ta’ logħob pjaċevoli, tgħallimhom ħiliet essenzjali bħall-ħsieb kritiku, il-verifika tal-fatti, u l-użu effettiv tar-riżorsi tal-UE.

10 fatti dwar il-klima globali

Se jkollok futur b’saħħtu? Agħżel l-avatar tiegħek u mur fuq vjaġġ f’jum tipiku biex issir taf.

L-ibliet fihom ħafna bijodiversità u għalhekk hu importanti li nipproteġuha għax neħtiġuha għall-kwalità ta’ ħajjitna, l-arja nadifa tagħna, l-ikel u ...

Esplora, iġbor u oħloq il-mappa tal-baħar tiegħek. Tgħallem aktar dwar l-ibħra u l-kosti Ewropej, l-ambjent tagħhom, l-attivitajiet umani relatati u l...

Ix-Xjenza tal-Għaġeb twassal id-dinja tar-riċerka avvanzata lix-xjenzati żgħażagħ fl-iskejjel primarji u sekondarji fl-Ewropa kollha.

Sfida lil sħabek għal logħba dwar il-bijodiversità. B’hekk titgħallem xi affarijiet interessanti dwar in-natura u kif tipproteġiha fil-ħajja ta’ kuljum.