- Grupp ta’ età
- Suġġett
- Tip ta’ materjal
- Ktieb ta’ attività
- Ktieb ta’ stejjer
- Kitt għat-tagħlim

Tixtieq li l-istudenti tiegħek jiżviluppaw għarfien bażiku dwar l-Unjoni Ewropea (UE), iżda tħoss li s-suġġett huwa kumpless wisq għalihom? Introduċihom ma’ Yooki l-musbieħ il-lejl u sħabu l-annimali l-oħra!
L-eroj iż-żgħir tagħna ser jeħodhom f’dinja immaġinarja biex jiskopru x’inhi l-UE, għaliex inħolqot u x’inhu r-rwol tal-Kunsill u tal-Istati Membri.
Il-pakkett huwa disponibbli f’24 lingwa u huwa mfassal apposta għal dawk bejn is-7 u d-9sena.

Qed tfittex mod divertenti kif lit-tfal żgħar tgħallimhom dwar l-Unjoni Ewropea? Dan il-ktieb tat-tpinġija edukattiv jista’ jkun bidu tajjeb ħafna. It-tfal jistgħu jagħtu l-kulur lill-bnadar tal-pajjiżi tal-UE billi jużaw il-mudelli pprovduti, jiktbu isimhom bi ħjiel partikolari, u jqabblu l-istikers mal-bnadar u l-forom tal-pajjiżi korrispondenti.
Disponibbli f’24 lingwa.
Ideali għat-tfal ta’ bejn il-5 u t-8-il sena.
Fuq l-istess tema

Huma bosta r-raġunijiet għala l-individwi u l-gruppi jistgħu jiħduha kontra xulxin. Fl-istess ħin, jeżistu affarijiet li ma nistgħux niksbu mingħajr l...

Skopri “Europa Quest”, l-għodda edukattiva l-ġdida f’format ta’ kwiżż biex ittejjeb il-ħidma f’tim u l-komunikazzjoni filwaqt li tesplora l-istituzzjonijiet tal-UE, l-istorja, it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-kultura, u ħafna aktar. Dan il-kwiżż hu disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE u huwa perfett għat-trawwim tat-tagħlim kondiviż!

Din l-attività interattiva għall-klassi, li tfasslet għall-istudenti li għandhom bejn 16 u 18-il sena, għandha l-għan li, permezz ta’ logħob pjaċevoli, tgħallimhom ħiliet essenzjali bħall-ħsieb kritiku, il-verifika tal-fatti, u l-użu effettiv tar-riżorsi tal-UE.

Żewġt itfal imorru vjaġġ mal-Ewropa u fi triqithom jixtru tifkiriet għan-nanna. Iddeverti b’din il-logħba billi tmur minn punt għal ieħor u tgħin lin-Nanna tifhem x’inhuma!

Dan il-kitt pedagoġiku għandu l-għan li jipprovdi lill-edukaturi bi gwida prattika għall-wirja “Art in Democracy”.

Esplora, iġbor u oħloq il-mappa tal-baħar tiegħek. Tgħallem aktar dwar l-ibħra u l-kosti Ewropej, l-ambjent tagħhom, l-attivitajiet umani relatati u l...

Materjal edukattiv żviluppat flimkien man-narrattiva tal-wirja permanenti tad-Dar tal-Istorja Ewropea. Tista’ tesplora fil-klassi jew f’darek xi wħud ...

Is-sit web Europeana jipprovdi aċċess għal miljuni ta’ immaġnijiet, testi, soundbites, filmati u materjal 3D minn eluf ta’ libreriji, arkivji, mużewij...