Essenzjalment, dan ifisser li l-Belġju se jorganizza l-laqgħat tal-mexxejja tal-pajjiżi u jissuġġerixxi s-suġġetti li dwarhom jixtiequ li l-UE tagħmel progress.
Il-Belġju stabbilixxa sitt oqsma ta’ prijorità taħt il-motto “Inħarsu, Insaħħu, Inħejju”:
-
Niddefendu l-istat tad-dritt, id-demokrazija u l-unità
-
Insaħħu l-kompetittività tagħna
-
Nissoktaw bit-tranżizzjoni ekoloġika u ġusta
-
Insaħħu l-aġenda soċjali u tas-saħħa tagħna
-
Inħarsu n-nies u l-fruntieri
-
Nippromwovu Ewropa globali
Tgħallem aktar dwar il-Presidenza Belġjana tal-UE: il-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (europe.eu).
Biex tiskopri aktar dwar il-Belġju, ilgħab il-logħba: L-UE: x’inhi?
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 1 Jannar 2024 (L-aħħar aġġornament: 1 Jannar 2024)
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni