Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner
Avviż tal-aħbarijiet21 April 2022Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni

Jum l-Ewropa

Jum l-Ewropa, li jiġi ċċelebrat fid-9 ta’ Mejju ta’ kull sena, jiċċelebra l-paċi u l-għaqda fl-Unjoni Ewropea.

""
© European Union

Jum l-Ewropa, li jiġi ċċelebrat fid-9 ta’ Mejju ta’ kull sena, jiċċelebra l-paċi u l-għaqda fl-Unjoni Ewropea. Biex jitfakkar Jum l-Ewropa 2022, se jseħħu varjetà ta’ attivitajiet u avvenimenti għall-etajiet kollha madwar l-Ewropa. Din is-sena, fil-kuntest tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, l-enfasi qed titpoġġa fuq il-vuċi taż-żgħażagħ għal futur aħjar. Skopri x’qed jiġri madwarek u ħu sehem fl-attivitajiet differenti biex titgħallem aktar dwar l-UE u kif taħdem.  www.europeday.europa.eu/

 

Jum l-Ewropa jfakkar id-data li fiha l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż ta’ dak iż-żmien Robert Schuman ippreżenta d-Dikjarazzjoni ta’ Schuman, fid-9 ta’ Mejju 1950. Schuman ressaq l-idea ta’ kooperazzjoni politika fl-Ewropa biex tiġi stabbilita paċi dejjiema bejn in-nazzjonijiet Ewropej. Din il-proposta wasslet għall-ħolqien ta’ Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, li issa hi meqjusa bħala l-pedament tal-Unjoni Ewropea, kif nafuha llum.

Sorsi

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
21 April 2022
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Type of content
News