
Ta’ kull sena fit-12 ta’ Awwissu, il-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ jiċċelebra l-enerġija, il-kreattività u l-ideat li ż-żgħażagħ iġibu fis-soċjetajiet tagħna. Huwa wkoll opportunità biex ngħarfu r-rwol importanti li għandhom fit-tiswir ta’ futur aktar demokratiku, inklussiv u sostenibbli.
L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tiżgura li ż-żgħażagħ ikollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-opportunitajiet biex jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà. Iż-żgħażagħ tal-lum qed jgħinu jsawru l-futur tal-Ewropa, mill-azzjoni klimatika sat-trasformazzjoni diġitali sal-litteriżmu medjatiku u l-involviment ċiviku.
Trid tesplora aktar is-suġġett mal-istudenti tiegħek? Ir-Rokna tat-tagħlim tal-UE toffri logħob, kwiżiż, materjali għat-tagħlim u attivitajiet tal-klassi multilingwi dwar l-Unjoni Ewropea, id-demokrazija, iċ-ċittadinanza attiva, il-ħiliet diġitali, l-intelliġenza artifiċjali, il-litteriżmu medjatiku, l-azzjoni klimatika u ħafna aktar.
Sew jekk inti għalliem, ġenitur jew edukatur, skopri riżorsi li jħeġġu ż-żagħżagħ jaħsbu b’mod kritiku, jinvolvu rwieħhom fil-komunitajiet tagħhom u jsemmgħu leħinhom. Dan għax kull żgħażugħ għandu l-potenzjal li jgħin isawwar Ewropa aktar b’saħħitha u futur aħjar.
Riżorsi:
- Itlob lill-istudenti tiegħek jippruvaw l-Europa Quest li huwa kwiżż interattiv li wieħed jitgħallem minnu dwar l-Unjoni Ewropea filwaqt li jinkoraġġixxi wkoll il-ħidma f’tim u l-komunikazzjoni, irawwem sens ta’ komunità u tagħlim flimkien
- Ikseb aktar informazzjoni dwar kif il-Parlament Ewropew jaħdem għaż-żgħażagħ permezz tal-Hub taż-Żgħażagħ tal-Parlament Ewropew
- Involvi ruħek hija pjattaforma tal-UE għaċ-ċittadini sabiex dawn jipparteċipaw attivament fit-tiswir tal-Unjoni Ewropea.
- Sir af kif iż-żgħażagħ wed juru aktar fiduċja minn qatt qabel fl-Unjoni Ewropea fl-aħħar Ewrobarometru li ħareġ f’Mejju 2026
- Data tal-pubblikazzjoni
- 12 Awwissu 2026
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni





