
L-elezzjonijiet Ewropej tal-2024 qed joqorbu malajr, u ż-żgħażagħ jista’ jkollhom mistoqsijiet qabel ma jivvutaw għall-ewwel darba. Ikseb l-informazzjoni li teħtieġ biex tivvota permezz ta’ dan il-fuljett vibranti disponibbli f’24 lingwa. Se ssib ukoll informazzjoni addizzjonali dwar l-opportunitajiet relatati mal-UE disponibbli għaż-żgħażagħ biex tgħinhom isawru l-Ewropa tal-futur.

Informazzjoni dettaljata dwar l-impatt tal-UE fuq il-ħajja taċ-ċittadini individwali u l-komunitajiet lokali tinsab fuq sit web żviluppat mis-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew.

Fl-Unjoni Ewropea, id-demokrazija tista’ tidher bħala xi ħaġa ovvja għalina llum. Iżda dan mhux dejjem kien il-każ.
M’ilux wisq, miljuni ta’ Ewropej għexu fi żminijiet meta la setgħu jivvutaw, u lanqas jitkellmu liberament. Meta ħajjithom stess setgħet kienet fil-periklu sempliċiment għax kienu...

L-għan ta’ dan is-sett ta’ għodod edukattivi huwa li jipprovdi aċċess faċli għar-riżorsi edukattivi li jistgħu jgħinuk tispjega liż-żgħażagħ il-benefiċċji tal-Unjoni Ewropea, l-irwol tal-Parlament Ewropew u l-importanza li jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej.

X'jagħmlu u kif jaħdmu l-Parlament Ewropew u l-UE?
Kif jaħdmu l-Parlament Ewropew u l-UE, u x'benefiċċji joħolqu għaċ-ċittadini Ewropej? Skopri billi tara l-filmati qosra tagħna.

Flimkien.eu huwa proġett immexxi mill-Parlament Ewropew, maħsub biex iħeġġeġ kemm jista’ jkun nies biex jinvolvu ruħhom fil-ħajja demokratika tal-Ewropa u, b’mod partikolari, biex iħeġġeġ lin-nies joħorġu jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej fl-2024.

L-Ewropa Tiegħek, Leħnek reġa’ magħna b’enfasi speċjali fuq l-elezzjonijiet Ewropej. Din id-darba huma mistiedna japplikaw il-persuni ta’ bejn it-18 u l-25 sena u li waslu biex jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej għall-ewwel jew għat-tieni darba s-sena d-dieħla.

Hu x'inhu li qed tfittex, hemm xi ħaġa għalik li qed tiġri fil-Parlament Ewropew - u kulħadd huwa mistieden.

Il-Kummissjoni hija l-fergħa eżekuttiva tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament jaqdi rwol importanti fl-għażla ta’ min jifforma parti mill-Kummissjoni.