Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner
  • Avviż tal-aħbarijiet
  • 12 Diċembru 2023
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! qed jirranka lejn l-elezzjonijiet Ewropej

L-Ewropa Tiegħek, Leħnek reġa’ magħna b’enfasi speċjali fuq l-elezzjonijiet Ewropej. Din id-darba huma mistiedna japplikaw il-persuni ta’ bejn it-18 u l-25 sena u li waslu biex jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej għall-ewwel jew għat-tieni darba s-sena d-dieħla.

""

L-avveniment se jrawwem fehim aħjar tal-valuri Ewropej bħaċ-ċittadinanza attiva, u d-demokrazija parteċipattiva.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) se jorganizza s-sessjoni ta’ L-Ewropa Tiegħek, Leħnek fi Brussell fis-6 ta’ Marzu 2024. Il-parteċipanti se jaqsmu l-ideat bl-Ingliż ma’ pari minn mal-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha. Huma se jiddibattu u jagħmlu rakkomandazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-attivitajiet ta’ qabel l-elezzjoni tal-KESE u jsawru r-riżoluzzjoni tal-KESE dwar l-elezzjonijiet Ewropej.

Dan huwa ċans unika għaż-żgħażagħ biex jifhmu aħjar kif taħdem l-UE u biex jieħdu sehem f’dibattitu simili għal dak ta’ assemblea, f’ambjent varjat. L-applikazzjonijiet jagħlqu fil-31 ta’ Diċembru. Sir af aktar.

 

 

 

 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
12 Diċembru 2023 (L-aħħar aġġornament: 16 Novembru 2023)
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni