- Grupp ta’ età
- 'Il fuq minn 15-il sena
- Suġġett
- Tip ta’ materjal

L-irkupru tal-ispeċijiet tal-karnivori l-kbar tal-Ewropa, bħal-lupu, l-ors u l-linċi, jista’ jitqies suċċess. Madankollu bil-wasla lura tagħhom wara snin ta’ qerda, feġġew mill-ġdid il-kunflitti, b’mod partikolari f’żoni maqsuma ma’ dawn l-ispeċijiet u fejn jaf jiġu attakkati l-bhejjem.
Il-membri tal-Pjattaforma Ewropea tal-Karnivori Kbar żviluppaw logħba divertenti u interattiva biex tidħlu fil-parti ta’ ragħaj, kaċċatur, konservazzjonist tan-natura jew politiku lokali. Flimkien tridu ssibu soluzzjonijiet biex tgħixu flimkien mal-lupu għal żmien twil b’mod sostenibbli fiż-żona tagħkom.
Waqt li jilagħbu din il-logħba ta’ rwoli, l-istudenti se jkunu jistgħu jitgħallmu jifhmu l-interessi ta’ nies oħrajn, il-pożizzjonijiet tagħhom u x’influwenza dawk il-fehmiet; se jaħdmu fuq l-iżvilupp personali u l-ħiliet ta’ negozjar għaliex il-grupp irid isib kompromess; jew jitgħallmu aktar dwar il-lupu u l-bijoloġija tiegħu.
Minbarra t-tagħlim dwar il-bijoloġija tal-lupu, issir enfasi speċjali fuq il-promozzjoni tad-djalogu u r-rispett tal-perspettivi tal-partijiet milquta kollha. Dan billi ż-żgħażagħ jiġu megħjuna jifhmu l-fatturi soċjali, ekonomiċi u kulturali sottostanti tal-koeżistenza bejn il-bnedmin u l-ispeċijiet tal-karnivori kbar.
Din il-logħba ssibha bil-lingwi li ġejjin: iċ-Ċek, il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Kroat, l-Olandiż, il-Portugiż, ir-Rumen, it-Taljan u l-Ungeriż.
Se tkun disponibbli b’lingwi oħra dalwaqt. Ibqa’ segwina!
Fuq l-istess tema

10 fatti dwar il-klima globali

- Highlighted
Se jkollok futur b’saħħtu? Agħżel l-avatar tiegħek u mur fuq vjaġġ f’jum tipiku biex issir taf.

L-ibliet fihom ħafna bijodiversità u għalhekk hu importanti li nipproteġuha għax neħtiġuha għall-kwalità ta’ ħajjitna, l-arja nadifa tagħna, l-ikel u ...

Dan il-kitt pedagoġiku għandu l-għan li jipprovdi lill-edukaturi bi gwida prattika għall-wirja “Art in Democracy”.

Esplora, iġbor u oħloq il-mappa tal-baħar tiegħek. Tgħallem aktar dwar l-ibħra u l-kosti Ewropej, l-ambjent tagħhom, l-attivitajiet umani relatati u l...

- Highlighted
Ix-Xjenza tal-Għaġeb twassal id-dinja tar-riċerka avvanzata lix-xjenzati żgħażagħ fl-iskejjel primarji u sekondarji fl-Ewropa kollha.

Sfida lil sħabek għal logħba dwar il-bijodiversità. B’hekk titgħallem xi affarijiet interessanti dwar in-natura u kif tipproteġiha fil-ħajja ta’ kuljum.

Ipprova ilgħab il-logħba fuq bord dwar l-azzjoni klimatika disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE!