Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 31 Awwissu 2022
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

14 ta’ Settembru | Żomm id-data għad-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2022

""
@European Commission

Ta' kull sena f'Settembru, il-President tal-Kummissjoni Ewropea tagħmel id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni (SOTEU) quddiem il-Parlament Ewropew, fejn tevalwa x’ġara fis-sena ta’ qabel u tippreżenta l-prijoritajiet għas-sena li ġejja.

F’dan id-diskors, il-President tippreżenta l-viżjoni tagħha għall-Unjoni tagħna u tistabbilixxi kif il-Kummissjoni se tindirizza l-aktar sfidi urġenti li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea.

Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, se tagħmel id-diskors tagħha fl-14 ta’ Settembru 2022. Id-diskors se jkun segwit minn dibattitu plenarju mal-membri tal-Parlament Ewropew, li jirrappreżenta mument ewlieni fid-demokrazija tagħna biex isir skambju ta’ fehmiet dwar il-futur tagħna.

 

Ibqa’ aġġornat fuq il-paġna web tas-SOTEU

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
31 Awwissu 2022
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Grupp ta’ età
  • 'Il fuq minn 15-il sena
Type of content
  • News