
Tixtieq tirrapporta minn Brussell, iżżur l-istituzzjonijiet u l-kmamar tal-aħbarijiet tal-UE, u titgħallem minn ġurnalisti b’esperjenza?
Issa tista’ tapplika għall-10 edizzjoni tal-Youth4Regions, il-programm tal-Kummissjoni Ewropea għal min għandu bejn 18 u 30 sena u jaspira li jsir ġurnalist.
Jintgħażlu madwar 40 parteċipant li se jivvjaġġaw lejn Brussell mill-10 sas-16 ta’ Ottubru 2026 biex jieħdu sehem f’taħriġ dwar il-ġurnaliżmu, l-affarijiet tal-UE u l-politika ta’ koeżjoni, filwaqt li jiksbu esperjenza prattika ta’ rappurtar fil-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet. L-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni u l-ikel tkoprihom il-Kummissjoni Ewropea.
Tliet parteċipanti eċċellenti se jirċievu l-Premju Megalizzi-Niedzielski u l-opportunità li jingħaqdu f’missjoni ta’ rappurtar ta’ ġimagħtejn f’diversi pajjiżi tal-UE.
Sib aktar informazzjoni u applika sas-7 ta’ Lulju 2026 fis-17:00 CET.
L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-lingwi kollha tal-UE. Il-programm isir bl-Ingliż.
- Data tal-pubblikazzjoni
- 19 Ġunju 2026
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni





