Il-presidenza tal-UE tinbidel b’rotazzjoni fost il-pajjiżi tal-UE. Matul perijodu ta’ 6 xhur, il-pajjiż li jkollu l-presidenza jmexxi l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jorganizza l-laqgħat tal-mexxejja tal-Istati Membri, u jindika l-oqsma li fihom jixtieq li l-UE timxi ’l quddiem.
Mill-1 ta’ Lulju ’l hawn, iċ-Ċekja għaddiet biex torganizza l-presidenza.
Il-pajjiż stabbilixxa 5 prijoritajiet li l-UE għandha tiffoka fuqhom għax-xhur li ġejjin, taħt is-slogan “L-Ewropa bħala missjoni: Naħsbu mill-Ġdid, Nibnu mill-Ġdid, Nagħtu s-Setgħa mill-Ġdid”:
-
Is-solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna
-
Is-sigurtà tal-enerġija
-
Id-difiża u ċ-ċibersigurtà tal-Ewropa
-
L-ekonomija Ewropea
-
Ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet demokratiċi
Skopri aktar dwar il-presidenza Ċeka tal-UE, il-prijoritajiet tagħha, l-avvenimenti kulturali, u kif ġew deċiżi l-logo u l-motto: Presidency (europa.eu)
Biex tiskopri aktar dwar iċ-Ċekja…u l-pajjiżi l-oħrajn tal-UE, ilgħab il-logħba “L-UE: X’inhi?”
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 18 Lulju 2022
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- News