Kull sitt xhur, Stat Membru differenti tal-UE jmexxi l-UE. Dan ifisser li hu jmexxi l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jorganizza l-laqgħat tal-mexxejja tal-Istati Membri, u jindika l-oqsma li fihom jixtieq li l-UE timxi ’l quddiem. Franza jmissha tagħmel dan fl-1 ta’ Jannar.
Bil-motto “Irkupru, qawwa, appartenenza”, Franza għandha dawn l-għanijiet:
- l-irkupru u t-tisħiħ tal-ekonomija biex l-Ewropa tkun tista’ tirnexxi fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali;
- is-setgħa li niddefendu u nippromwovu l-valuri u l-interessi tagħna;
- l-appartenenza għall-bini u l-iżvilupp ta’ immaġinarju Ewropew komuni: permezz tal-kultura, il-valuri komuni tagħna, l-istorja komuni tagħna.
F’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, Franza se jkollha wkoll opportunità unika biex tikkonkludi l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u tniedi s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ.
Biex tkun taf aktar dwar Franza, ħu sehem fil-logħba "L-Unjoni Ewropea: x’inhi” u kkonsulta l-fuljett "L-Unjoni Ewropea - Fatti u ċifri"
Aktar dwar il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 10 Jannar 2022
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- News