Issa f’idejk biex tara l-ideat tagħhom u tivvota għall-aktar entrati ta’ ispirazzjoni. Tista’ tagħżel aktar minn video wieħed! Għinna niddeċiedu liema grupp se jirbaħ vjaġġ ta’ studju fi Brussell.
Din il-kompetizzjoni tiffoka fuq il-kunċett tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE), għodda ewlenija ta’ demokrazija parteċipattiva fl-UE, li tippermetti liċ-ċittadini jieħdu sehem attiv fit-tfassil tal-politika tal-UE.
L-iskejjel jistgħu jużaw is-sett ta’ għodod tad-“Demokrazija tal-UE fl-Azzjoni - Semma’ leħnek bl-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej” biex iħejju għall-kompetizzjoni. Dan is-sett hu disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, u jinkludi erba’ moduli b’filmati edukattivi u attivitajiet li jkopru s-suġġetti.
Il-votazzjoni se tibqa’ miftuħa sat-28ta’ Jannar.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 11 Jannar 2024 (L-aħħar aġġornament: 11 Jannar 2024)
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- News