Aħbarijiet (214)
RSS
Immaġinak tiftaħ app u tkun taf li tfasslet bil-ħsieb li t-tfal jinżammu ’l bogħod mill-perikli meta jkunu online. Din hija l-idea wara l-EU KIDS Act, proposta ġdida mill-Kummissjoni Ewropea biex id-dinja online ssir aktar sikura għat-tfal u għall-adolexxenti.

L-isbaħ xewqat fil-jum tal-għalliema!

Lest li tieħu azzjoni kontra t-tibdil fil-klima? Jew taf lil xi ħadd li jaf ikun interessat?
Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Ottubru se tkun miftuħa sejħa għal ambaxxaturi ġodda tal-Patt Klimatiku Ewropew! L-applikazzjonijiet jiġu vvalutati skont kif jidħlu, għalhekk inħeġġuk tapplika kmieni bi kwalunkwe lingwa tal-UE.

B’kemm-il lingwa taf tgħid ħelow? Fis-26 ta’ Settembru, l-Ewropa tiċċelebra l-Jum Ewropew tal-Lingwi — opportunità biex tiskopri kemm tista’ tieħu gost bil-lingwi u tiċċelebra l-ħafna modi kif jgħaqqduna.

Fl-okkażjoni tal-Jum tas-Saħħa Mentali, fl-10 ta’ Ottubru, tista’ tniżżel u tipprintja posters lesti biex jintużaw mill-webpage li għamilna apposta biex liż-żgħażagħ ngħinuhom ikollhom kontroll fuq id-drawwiet diġitali tagħhom.

Fil-qafas tal-istrateġija għal Internet Aħjar għat-Tfal (BIK+), il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-istudenti, lill-ġenituri, lill-għalliema, u lill-edukaturi madwar l-Ewropa biex jieħdu sehem fi stħarriġ.

Lesti ruħek biex tiċċaqlaq! Mit-23 sat-30 ta’ Settembru, il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport 2026 tistieden lin-nies ta’ kwalunkwe età, kuntest, u kapaċità biex jagħmlu attività fiżika u jiskopru l-benefiċċji ta’ stil ta’ ħajja attiv.

Are you looking for ways to help your child or student stay safe online?
A new child-friendly guide offers practical tips to help young people stay safe, happy and in control online.

Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea, jew “SOTEU”, huwa d-diskors annwali mogħti mill-President tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew fi Strasburgu kull Settembru, biex jagħti bidu għas-sena politika l-ġdida.

Il-konkors annwali tat-traduzzjoni fl-UE kollha jistieden lill-istudenti tal-iskejjel sekondarji li twieldu fl-2009 biex jagħmlu t-test tal-ħiliet lingwistiċi tagħhom. Il-parteċipanti jistgħu jittraduċu bejn kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE — billi jagħżlu minn 552 kombinazzjoni lingwistika impressjonanti possibbli.

Il-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ jiċċelebra l-immaġinazzjoni, il-kreattività u l-ambizzjoni taż-żgħażagħ.

X’inhu l-aktar importanti għaż-żgħażagħ fl-Ewropa? Din hija l-mistoqsija fil-qofol tat-tieni laqgħa tal-Bord Konsultattiv taż-Żgħażagħ tal-President, li saret fi Brussell fit-22 ta’ Lulju.

Id-djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ jagħti liż-żgħażagħ madwar l-Ewropa l-opportunità li jaqsmu l-ideat tagħhom ma’ dawk li jfasslu l-politika. Ara dan il-filmat qasir biex tiskopri kif jaħdem dan id-djalogu u għaliex il-vuċi tiegħek tiswa!

On 15 July, we celebrate World Youth Skills Day – a reminder that the skills young people develop today will help shape the Europe and the world of tomorrow.

Kif nistgħu naraw li l-internet isir post b’inqas perikli għal kulħadd? Hemm żewġ fuljetti ġodda disponibbli b’suġġerimenti prattiċi kif wieħed iżomm ’il bogħod mill-perikli meta jkun online – wieħed għat-tfal u l-adolexxenti, u wieħed għal dawk li jieħdu ħsiebhom u għall-ġenituri.

From 1 July 2026 to 31 December 2026, Ireland will hold the Presidency of the Council of the European Union, a key role that rotates every six months between EU countries.

Fit-18 ta’ Ġunju, tliet istituzzjonijiet tal-UE — il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea — iffirmaw l-ewwel Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Kultura li qatt saret.

L-intelliġenza artifiċjali (IA) qed issir parti mill-ħajja ta’ kuljum, u ż-żgħażagħ jeħtieġu l-ħiliet biex jużawha b’mod għaqli.

Kont taf li ċ-ċittadini tal-UE għandhom drittijiet li jistgħu jgħinuhom jagħmlu għażliet meqjusin dwar kif jużaw l-enerġija u dwar il-kontijiet tagħhom?
Il-kampanja l-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea ‘Unlock Your Power! Your energy. Your rights. Your choice.’ tispjega dawn id-drittijiet b’eżempji prattiċi u mill-ħajja reali.