
L-intelliġenza artifiċjali (IA) qed issir parti mill-ħajja ta’ kuljum, u ż-żgħażagħ jeħtieġu l-ħiliet biex jużawha b’mod għaqli.
Biex jgħinu jiffaċilitaw il-konverżazzjonijiet fil-klassi u barra minnha, il-Kummissjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) nedew Qafas ġdid għal-Litteriżmu fl-IA għall-edukazzjoni primarja u sekondarja.
Il-qafas jgħin lill-għalliema, lill-mexxejja tal-iskejjel u lil dawk li jfasslu l-politika jifhmu l-għarfien u l-ħiliet li l-istudenti jeħtieġu biex jużaw l-IA b’mod responsabbli, sikur u etiku. Jinkludi ideat prattiċi fil-klassi u jinbena madwar erba’ oqsma ewlenin: l-involviment mal-IA, il-kreazzjoni bl-IA, il-ġestjoni tal-IA, u t-tiswir tal-IA.
L-inizjattiva tappoġġa l-għan tal-UE li tipprovdi edukazzjoni ta’ kwalità għolja, inklużiva u lesta għall-futur, li tgħin lill-istudenti madwar l-Ewropa jiżviluppaw il-fiduċja u l-ħiliet tal-ħsieb kritiku meħtieġa f’dinja dejjem aktar imsawra mill-IA.
Skopri aktar hawn:
- Is-sit web tal-Qafas għal-litteriżmu fl-IA (Disponibbli bl-EN, bil-FR. bil-DE)
- Ċentru Ewropew tal-Edukazzjoni Diġitali (EDEH) — Paġna web tal-Avvenimenti (Disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE)
Bħala edukatur, tinsab fiċ-ċentru tat-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa. Sabiex tkun miegħek f’dan il-vjaġġ, il-Kummissjoni Ewropea għandha erba’ settijiet ġodda ta’ linji gwida li tfasslu biex ikunulek ta’ għajnuna f’erba’ oqsma ewlenin tal-edukazzjoni diġitali.
- Data tal-pubblikazzjoni
- 19 Ġunju 2026
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- News





