- Grupp ta’ età
- Età minn 12-il sena sa 15-il sena
- 'Il fuq minn 15-il sena
- Suġġett
- Tip ta’ materjal
Darba waħda fid-Deċennju Diġitali, l-Ewropa ddeċidiet li toħloq dinja online sikura u konnessa sal-2030. Matul dan il-vjaġġ, il-karattri magħrufa mill-ħrejjef klassiċi jerġgħu jiġu lura biex jgħinuna nesploraw b’mod sempliċi u interessanti l-għanijiet tad-Deċennju Diġitali tal-UE. Ara kif l-avventuri mhux mistennija ta’ Bajda Silġ, Barnuża Ħamra u Alice fl-Art tal-Għeġubijiet jieħdu żvolta oħra u dan iwassalhom biex jiskopru kif l-Ewropa qed issawwar ambjent diġitali li huwa sikur, miftuħ u aċċessibbli għal kulħadd.
Darba waħda fid-Deċennju Diġitali, l-Ewropa laħqet l-għanijiet tagħha għall-2030, billi ġabet internet veloċi, identitajiet siguri, u teknoloġija intelliġenti f’kull rokna tad-dinja. Din il-ħrafa divertenti toħloq mill-ġdid l-istorja klassika f’dinja fejn l-għanijiet tad-Deċennju Diġitali tal-UE għall-2030 diġà ntlaħqu. Kulħadd – anke Bajda Silġ, is-seba’ nani u r-Reġina l-Kattiva – qed igawdu minn internet veloċi, IDs diġitali siguri u teknoloġija intelliġenti u sigura. F’din id-dinja konnessa, Bajda Silġ tistudja online, tiftaħ kont bankarju diġitali, u tara l-films favoriti tagħha faċilment. Meta jkun hemm il-problemi, l-innovazzjoni diġitali tgħin, u s-servizzi tas-saħħa diġitali u ta’ emerġenza jaġixxu malajr biex jipproteġu l-ħajjiet. In-nani jużaw l-intelliġenza artifiċjali u t-tewmin diġitali biex il-minjieri tagħhom jagħmluhom aktar ekoloġiċi, aktar sikuri u aktar effiċjenti. Saħansitra r-Reġina tiskopri li s-setgħa reali tinsab fil-konnettività u fil-fiduċja, mhux fil-maġija.
Fuq l-istess tema

- Highlighted
Dawn il-linji gwida huma mfassla biex jgħinu lill-edukaturi jifhmu l-potenzjal li għandhom l-applikazzjonijiet tal-IA u l-użu tad-<em>data</em> fl-edukazzjoni u biex iqajmu kuxjenza dwar ir-riskji possibbli.

Tuża l-istatistika meta tgħallem? Jew int student li tixtieq tifhem aktar dwar l-istatistika? Mela r-rokna tal-Edukazzjoni fuq is-sit web tal-Eurostat hi l-post it-tajjeb għalik!

Din il-gwida se tgħinek titgħallem ħafna affarijiet maġiċi! Minn xiex inhu magħmul l-internet, x'inhi l-programmazzjoni, min qed jigdeb u min qed jgħid il-verità. Dan kollu għaliex? Biex int tkun tista' tinnaviga din id-dinja b'mod liberu.

Il-HistoriCall – il-ġabra ta’ riżorsi diġitali bla ħlas għall-edukazzjoni ċivika u dwar l-istorja, maħluqa minn Dar l-Istorja Ewropea – tgħin lill-edukaturi jgħallmu l-integrazzjoni Ewropea b’mod interessanti, interattiv, u personalizzabbli.

F’dinja miżgħuda bid-diżinformazzjoni, it-trawwim tal-ħiliet ta’ valutazzjoni kritika huwa kruċjali. Dan is-sett ta’ għodod jgħammar lill-edukaturi biex irawmu mħuħ kurjużi għall-era diġitali.

Riżorsi bla ħlas f’29 lingwa biex jgħinu lill-għalliema jintroduċu l-ikkowdjar u l-ħsieb komputazzjonali għall-istudenti ta’ kull età. Dawn l-attivita...

Il-bejjiegħa għandhom jagħtu lix-xerrejja l-istess aċċess għall-oġġetti u s-servizzi kull fejn ikunu fl-UE. Inkella jkun qed isir dak li jissejjaħ “im...

Mill-2017 ’l hawn, iċ-ċittadini tal-UE li jivvjaġġaw fi Stat Membru ieħor ma għadhomx iħallsu t-tariffi tar-roaming biex iċemplu, jibagħtu messaġġ jew...