Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner
Artiklu tal-aħbarijiet1 Mejju 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

L-20 anniversarju tat-tkabbir tal-UE

European puzzle

20 sena ilu llum, l-Unjoni Ewropea kisbet 10 Stati Membri ġodda: Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Ungerija. Din id-data tat-tkabbir tal-UE hija partikolarment speċjali minħabba li hija l-akbar f’termini tal-għadd ta’ pajjiżi u popolazzjonijiet li saru parti mill-Unjoni Ewropea.

Għall-Istati Membri, is-sħubija fl-UE ġġib ħafna benefiċċji. Pereżempju, iċ-ċittadini tagħhom jiksbu aktar libertà biex jgħixu, jistudjaw jew jaħdmu f’pajjiżi oħra tal-UE, in-negozji jiksbu aktar opportunitajiet u jistgħu jespandu minħabba s-suq uniku, u l-Istati Membri jiksbu aċċess għal aktar investiment u finanzjament mill-UE. Barra minn hekk, l-appartenenza għall-UE tippromwovi l-istabbiltà politika, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, u l-istat tad-dritt.

It-tkabbir tal-UE huwa ta’ benefiċċju wkoll għall-Unjoni nnifisha. Huwa għalhekk li n-negozjati ma’ pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati possibbli, bħall-Ukrajna u xi pajjiżi tal-Balkani, qed javvanzaw b’mod konsistenti.

 

Skopri aktar 20 sena flimkien

 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
1 Mejju 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Type of content
  • News