Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
Learning corner
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 18 Awwissu 2025
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

L-edukazzjoni, l-inklużjoni u l-benesseri diġitali: għodod online bla ħlas biex jgħinu lill-għalliema u l-iskejjel

L-għalliema u l-kapijiet tal-iskejjel li tant jistinkaw biex itejbu l-edukazzjoni, l-inklużjoni u l-benesseri diġitali, jistgħu jużaw tliet għodod online mingħajr ħlas li żviluppat il-Kummissjoni Ewropea. L-għodod tfasslu biex jappoġġaw lin-nies u lill-iskejjel ħalli jtejbu l-kwalità tal-ambjenti tat-tagħlim tagħhom u jsaħħu l-avvanz professjonali tal-għalliema:  

  • SELFIE for Teachers tagħti rispons personalizzat biex tgħin lill-għalliema jtejbu t-tagħlim u l-kollaborazzjoni diġitali. Abbażi tal-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali tal-UE għall-Edukaturi, l-għodda tfasslet għall-edukazzjoni bikrija tat-tfal, primarja u sekondarja, u hija disponibbli b’aktar minn 30 lingwa. Sal-lum, diġà hemm aktar minn 220,000 għalliem li użaw is-SELFIE for Teachers! Inti użajtha?
  • Bl-għodda l-oħra, SELFIE for Schools, l-għalliema, il-kapijiet tal-iskejjel u l-istudenti jistgħu jassessjaw fejn jinsabu fit-tagħlim fl-era diġitali.  L-għodda tista’ tgħin lill-iskejjel isawru l-istrateġija tal-edukazzjoni diġitali tagħhom u tidentifika oqsma għall-iżvilupp professjonali tal-impjegati.
  • Imnedija tul il-Ġimgħa Ewropea tas-Saħħa Mentali 2025, l-għodda għal awtovalutazzjoni dwar l-inklużjoni u l-benesseri tfasslet għall-iskejjel primarji u sekondarji. Il-valutazzjoni tanalizza l-oqsma ewlenin tal-benesseri u l-inklużjoni – mit-tmexxija tal-iskola u l-klima sal-involviment tal-ġenituri u l-istudenti vulnerabbli.  Wara li jlestu l-valutazzjoni, l-iskejjel jirċievu rapport imfassal apposta b’għarfien u riżorsi ssuġġeriti għal aktar appoġġ.  

It-tliet għodod huma faċli biex jintużaw, siguri u anonimi, u għalhekk missek tippruvahom issa stess! 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
18 Awwissu 2025
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Type of content
  • News