Iffiltra skont
Aħbarijiet u kompetizzjonijiet (188)
RSS
Inti għalliem b’passjoni għall-azzjoni klimatika? Għaliex ma tapplikax biex issir Ambaxxatur/Sieħeb tal-Patt Klimatiku, jew biex tippromwovi webinars dwar it-tmexxija taż-żgħażagħ fl-azzjoni klimatika?

Mit-13 sat-18 ta’ Ottubru, l-Ewropa tiċċelebra l-Jiem tal-Erasmus! Irreġistra l-avveniment tiegħek fuq https://www.erasmusdays.eu/organize-an-event/ u aqsam il-mumenti tiegħek ma’ #ERASMUSDAYS

Kull sena fis-26 ta’ Settembru, l-Ewropa tingħaqad biex tiċċelebra l-Jum Ewropew tal-Lingwi. B’24 lingwa uffiċjali tal-UE, flimkien ma’ ħafna lingwi reġjonali u minoritarji, l-Ewropa għandha taħlita vibranti ta’ vuċijiet u kulturi: dawn jgħaqqdu lin-nies, jiftħu l-bibien għal dinja ġdida u esperjenzi ġodda.

L-isbaħ xewqat fil-jum tal-għalliema!

Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea, jew “SOTEU”, huwa d-diskors annwali mogħti mill-President tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew fi Strasburgu kull Settembru, biex jagħti bidu għas-sena politika l-ġdida.

Nixtiequ nisimgħu mit-tfal u l-adolexxenti bejn it-12 u s-17-il sena bħala parti mill-ħidma tal-Kummissjoni fuq il-Pjan ta’ azzjoni dwar il-bullying ċibernetiku.

Nixtiequ kemm l-għalliema kif ukoll it-tfal tal-iskola sena mimlija suċċess li fiha jitgħallmu xi ħaġa ġdida kuljum, jidħku u jiddivertu!

L-għalliema u l-kapijiet tal-iskejjel li tant jistinkaw biex itejbu l-edukazzjoni, l-inklużjoni u l-benesseri diġitali, jistgħu jużaw tliet għodod online mingħajr ħlas li żviluppat il-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea nediet uffiċjalment Konsultazzjoni Pubblika u Sejħa għall-Evidenza biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ Pjan ta’ Azzjoni ġdid kontra l-Bullying Ċibernetiku: il-konsultazzjoni hija miftuħa fuq il-portal Semma’ Leħnek u hija disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Se tibqa’ miftuħa sad-29 ta’ Settembru!

Il-Kummissjoni Ewropea nediet il-Kalendarju tas-Sena Skolastika 2025/26, li hu iżjed minn sempliċiment immarkar tad-dati. Kull xahar il-kalendarju jesplora tema li tippromwovi mġiba aktar sikura fuq l-internet. Xi jfisser li nkunu sikuri, għaqlin u rispettużi fuq l-internet? Il-kalendarju jgħinek twieġeb dawn il-mistoqsijiet.

Skopri bil-konkors tat-traduzzjoni Juvenes Translatores jekk intix wieħed minnhom! Is-27 student rebbieħa — wieħed minn kull stat membru tal-UE — jirbħu vjaġġ ta’ 3 ijiem fi Brussell f’Marzu 2026, b’ċerimonja ta’ premjazzjoni li tiċċelebra r-rebħa tagħhom. Immarkaw il-Kalendarji! ir-reġistrazzjonijiet jibdew fit-2 ta’ Settembru (f’nofsinhar)

Il-Presidenza Daniża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea! Mill-1 ta’ Lulju, imiss lid-Danimarka tieħu f’idejha dan ir-rwol eċċitanti.

Awguri bandiera Ewropea!

X’hemm komuni bejn ġita skolastika fil-Belġju, btala fi Spanja, u skambju tal-istudenti fil-Ġermanja?
Dawn kollha jistgħu jsiru mingħajr verifiki fuq il-fruntieri, bis-saħħa tal-Ftehim ta’ Schengen!

Kull azzjoni żgħira tagħmel differenza kbira... anki li titfi d-dwal, tiffranka l-ilma jew tagħżel li tirriċikla. Fil-Jum Dinji tal-Ambjent, skopri l-logħob, il-videos u l-attivitajiet divertenti tagħna biex titgħallem x’tista’ tagħmel biex il-pjaneta ssir post aktar ferħan!

Kull sena fid-9 ta’ Mejju niċċelebraw Jum l-Ewropa! Din hija opportunità unika biex tinħass parti minn xi ħaġa akbar billi jkollna gost u nitgħallmu xi ħaġa ġdida. Għalhekk involvi ruħek, ħu gost u ċċelebra l-UE magħna! Jum l-Ewropa t-tajjeb!

Ħloqna spazju fejn l-ideat tiegħek jinstemgħu. Il-Kummissjoni Ewropea trid li ż-żgħażagħ ikollhom vuċi li tassew tinfluwenza l-mod kif jaħdmu s-soċjetajiet u d-demokraziji tagħna. Matul id-djalogi, il-Kummissarji interaġixxew maż-żgħażagħ u semgħu l-opinjonijiet tagħhom.

- Enfasizzat
Fit-22 ta’ April niċċelebraw Jum id-Dinja, filwaqt li bejn it-3 u l-5 ta’ Ġunju jkollna l-Ġimgħa Ekoloġika tal-UE.

It-2 ta’ April huwa l-jum internazzjonali tal-verifika tal-fatti. Għajnuna biex tinnaviga online b’mod sikur u tidentifika d-diżinformazzjoni b’mod aktar faċli.