Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
Learning corner
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 24 Lulju 2025
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

Juvenes Translatores: infittxu t-talent żagħżugħ għat-traduzzjoni!

""

Skopri jekk intix wieħed minnhom bil-konkors tat-traduzzjoni Juvenes Translatores

Il-konkors annwali tat-traduzzjoni li jinvolvi l-UE kollha jistieden lill-istudenti fl-iskejjel sekondarji li twieldu fl-2008 biex juru l-ħiliet lingwistiċi u l-kreattività tagħhom billi jittraduċu bejn kwalunkwe tnejn mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE. 

In-numru ta’ skejjel mistednin biex jieħdu sehem fil-konkors f’kull pajjiż hu daqs in-numru ta’ siġġijiet li hemm fil-Parlament Ewropew – total ta’ 720 fl-UE kollha. Kull sena mill-2007 ’l hawn, aktar minn 3,000 żagħżugħ u żagħżugħa isiru tradutturi għal ġurnata. Din l-attività tinvolvi li jittraduċu paġna waħda, u jistgħu jagħżlu kwalunkwe wieħed minn 552 par ta’ lingwi disponibbli fost il-lingwi uffiċjali tal-UE!

Is-27 student rebbieħa — wieħed minn kull stat membru tal-UE — jirbħu vjaġġ ta’ 3 ijiem fi Brussell f’Marzu 2026, b’ċerimonja ta’ premjazzjoni li tiċċelebra r-rebħa tagħhom.

🗓️ Immarkaw il-Kalendarji: ir-reġistrazzjonijiet isiru mit-2 ta’ Settembru (f’nofsinhar) sal-14 ta’ Ottubru (f’nofsinhar) 2025 (Ħin tal-Ewropa Ċentrali). Ara s-sit web tal-JT għal aktar dettalji.

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
24 Lulju 2025
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni