Għandek il-passjoni li trawwem fost l-istudenti tiegħek sens aktar b’saħħtu ta’ appartenenza fl-UE? Għandek xi ideat kif tintegra s-suġġetti relatati mal-UE, bħad-demokrazija jew ir-rwol tal-istituzzjonijiet tal-UE, fil-kurrikulu tal-iskola tiegħek?
Għadu kif tnieda l-programm Jean Monnet il-ġdid ta’ Erasmus+, li hu opportunità perfetta biex tirċievi l-fondi li għandek bżonn ħalli l-ideat tiegħek isiru realtà!
Is-sejħa għall-applikazzjonijiet tal-2025 hija miftuħa, u tinkludi azzjonijiet apposta biex l-iskejjel/l-għalliema jgħallmu dwar l-UE. Għal aktar dettalji, fosthom links għall-formola tal-applikazzjoni, segwi dawn il-links:
- L-Inizjattivi Jean Monnet għall-Apprendiment dwar l-UE: skola waħda tista’ tapplika għal finanzjament biex tgħallem dwar l-UE (skejjel primarji, sekondarji u tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali) fil-pajjiżi kollha tal-programm Erasmus+. Jistgħu jingħataw għotjiet sa massimu ta’ €35,000.
- In-networks Jean Monnet għall-iskejjel: minimu ta’ sitt istituzzjonijiet, stabbiliti f’mill-inqas tliet Stati Membri tal-UE/pajjiżi tal-programm (jistgħu jinkludu sa żewġ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja).
Għandek bżonn xi ideat?
Tista’ ssib il-proġetti tal-Azzjonijiet Jean Monnet f’oqsma oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ miġbura fil-qosor fuq il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti. Aqra silta minn waħda mill-inizjattivi għall-apprendiment dwar l-UE tal-2024:
L-għan tal-proġett “Aux Portes de l’Union Européenne” hu li jħeġġiġna nħarsu lejn id-dinja b’moħħ miftuħ, għax b’hekk niġġieldu d-diskriminazzjoni, inrawmu l-inklużjoni u nsaħħu s-sentiment ta’ appartenenza fil-komunità Ewropea. Minħabba d-diffikultajiet soċjali u akkademiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-istudenti tagħna, ħsibna li jkun importanti li ninkludu kwistjonijiet Ewropej fir-realtà tagħhom ta’ kuljum. B’dan il-ħsieb, żviluppajna dan il-proġett bħala logħba. Bħal f’Harry Potter, l-iskola tagħna se tinqasam fi “djar”. Fil-bidu ta’ kull sena skolastika, kull klassi se tiġi assenjata pajjiż Ewropew. Matul is-sena, kull klassi se tirbaħ il-punti — skont x’inizjattivi tieħu u x’jirnexxilha tikseb b’rabta mal-pajjiż “tagħha”. Imma l-punti jistgħu wkoll jintilfu jekk ikun hemm imġiba mhux xierqa. Dan l-approċċ ibbażat fuq il-logħob għandu l-għan li jagħmel il-kwistjonijiet Ewropej aktar tanġibbli u li jistimula l-involviment tal-istudenti tagħna billi jħallihom jesploraw u japprezzaw id-diversità kulturali Ewropea b’mod divertenti u parteċipattiv.
Links utli:
Ir-rokna tat-tagħlim: tista’ tgħinek issib il-materjal
Il-pjattaforma E-twinning tista’ tgħinek issib parteċipanti oħra biex tissieħeb magħhom
Dan il-filmat jista’ jkun ta’ għajnuna meta tiġi biex tapplika
Għal kwalunkwe informazzjoni li jista’ jkollok bżonn, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:
EAC-JM-SCHOOLSec [dot] europa [dot] eu (EAC-JM-SCHOOLS[at]ec[dot]europa[dot]eu).
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 29 Novembru 2024
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- News