Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner
  • Avviż tal-aħbarijiet
  • 14 Settembru 2023
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi 2023

""

Is-26 ta’ Settembru huwa l-Jum Ewropew tal-Lingwi. L-għan ġenerali ta’ dan l-avveniment huwa li jħeġġeġ u jsostni id-diversità lingwistika u kulturali rikka tal-Ewropa. Huwa jfittex ukoll li jestendi l-firxa ta’ lingwi li n-nies jitgħallmu matul ħajjithom sabiex jiżviluppaw il-ħiliet lingwistiċi tagħhom u jsaħħu l-fehim interkulturali. Il-Jum Ewropew tal-Lingwi huwa opportunità biex jiġu ċċelebrati l-lingwi kollha tal-Ewropa, inklużi l-lingwi minoritarji u l-lingwi tal-migranti. Il-jum huwa inizjattiva tal-Kunsill tal-Ewropa u ilu jiġi ċċelebrat kull sena mis-Sena Ewropea tal-Lingwi fl-2001.

Is-sit web uffiċjali tal-jum għandu ġabra ta’ tagħwiġ l-ilsien fuq vidjo li juri kemm hija verament diversa l-Ewropa mil-lat lingwistiku.

Barra minn hekk, biex tfakkar il-jum, il-Kummissjoni qed torganizza avveniment dwar it-Tagħlim tal-ħiliet lingwistiċi kif ukoll edizzjoni speċjali tal-KCI Virtual Café.

L-avvenimenti kollha skont il-pajjiż

Tista’ wkoll tagħti ħarsa lejn il-ktieb tal-attivitajiet speċjali tagħna għall-istudenti żgħażagħ,

Il-lingwi fihom gost! Jiftħu l-bibien għal ħbiberiji ġodda, kulturi ġodda, u opportunitajiet ġodda u jagħmlu ħajjitna aktar faċli meta nivvjaġġaw barra minn pajjiżna.

Grupp ta’ età
  • Sa 9 snin
  • Età minn 9 snin sa 12-il sena
  • Età minn 12-il sena sa 15-il sena
  • 'Il fuq minn 15-il sena

 

.

Sorsi

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
14 Settembru 2023
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Type of content
  • Celebration