Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner
  • Avviż tal-aħbarijiet
  • 23 Jannar 2023
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

Jum Internazzjonali tal-Edukazzjoni 2023

European Union, 2023 Scopes : Partial reuse prohibited, Information and education only, Non-commercial use, Special conditions to be respected

L-24 ta’ Jannar huwa l-Jum Internazzjonali tal-Edukazzjoni fid-dinja kollha.

Ipproklamat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2018, dan il-jum jippromwovi r-rwol li l-edukazzjoni għandha għall-paċi u l-iżvilupp.

Skont in-NU, 244 miljun tifel u tifla u żagħżugħ u żagħżugħa huma barra mill-iskola, u 771 miljun adult huma illitterati. Id-dritt tagħhom għall-edukazzjoni qed jinkiser u dan mhuwiex aċċettabbli.

L-edukazzjoni hi l-vantaġġ l-aktar b’saħħtu għat-tkissir taċ-ċiklu tal-faqar, għat-tneħħija tal-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u għall-istimulazzjoni tat-tkabbir ekonomiku.

It-tema tal-Jum ta’ din is-sena hija “li ninvestu fin-nies, nagħtu prijorità lill-edukazzjoni”. Huwa jappella għaż-żamma ta’ mobilizzazzjoni politika b’saħħitha madwar l-edukazzjoni u jwitti t-triq biex l-impenji u l-inizjattivi globali jissarrfu f’azzjoni.

L-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri flimkien jikkontribwixxu aktar minn nofs l-għajnuna globali kollha għall-edukazzjoni, billi jappoġġjaw is-settur tal-edukazzjoni f’aktar minn 100 pajjiż madwar id-dinja kollha.

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
23 Jannar 2023
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni