Il-Kummissjoni Ewropea tagħtik opportunità rari biex tingħaqad ma’ riċerkatur jew espert fil-qasam tas-suġġett rispettiv tiegħek biex jinħoloq materjal ta’ tagħlim b’mod konġunt. Flimkien tistgħu tiżviluppaw proposta għal esperiment, kwiżż, logħba jew kwalunkwe attività oħra garantita li jkollha applikazzjoni fil-ħajja reali.
L-aqwa tliet proposti se jiġu prodotti professjonalment mid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura tal-Kummissjoni Ewropea, tradotti f’diversi lingwi tal-UE, u jidhru b’mod prominenti fuq is-sit web tal-Kummissjoni Science is Wonderful!
Barra minn hekk, il-klassijiet tat-tliet kontribuzzjonijiet magħżulin se jiġu mistiedna għall-wirja Science is Wonderful! li se ssir fi Brussell f’Marzu 2023, li tagħtihom l-opportunità unika li jinvolvu ruħhom ma’ 100 riċerkatur minn madwar l-UE. Iżda jista’ jkun hemm sorpriża żgħira mistennija għal kontribuzzjonijiet oħrajn wkoll.
Interessat(a)? Ir-reġistrazzjoni hi miftuħa sal-1 ta’ Diċembru 2022, filwaqt li l-proposti kollha se jkollhom jiġu ppreżentati sad-9 ta’ Jannar 2023.
Ikklikkja l-buttuna hawn taħt biex issib id-dettalji u l-istruzzjonijiet kollha
Sorsi
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 8 Novembru 2022
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- Competition