Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner
Avviż tal-aħbarijiet23 Jannar 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni

Il-Jum Internazzjonali tal-Edukazzjoni 2024

European Union, 2023 Scopes : Partial reuse prohibited, Information and education only, Non-commercial use, Special conditions to be respected

L-24 ta’ Jannar huwa l-Jum Internazzjonali tal-Edukazzjoni fid-dinja kollha.

Adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2018, dan il-jum jippromwovi r-rwol li l-edukazzjoni għandha għall-paċi u l-iżvilupp.

Skont in-NU, 244 miljun tifel u tifla u żagħżugħ u żagħżugħa huma barra mill-iskola, u 771 miljun adult huma illitterati. Id-dritt tagħhom għall-edukazzjoni qed jinkiser u dan mhuwiex aċċettabbli.

L-edukazzjoni hi l-vantaġġ l-aktar b’saħħtu għat-tkissir taċ-ċiklu tal-faqar, għat-tneħħija tal-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u għall-istimulazzjoni tat-tkabbir ekonomiku.

Dan is-sitt Jum Internazzjonali tal-Edukazzjoni se jiffoka fuq “tagħlim għal paċi dejjiema” fil-kuntest ta’ żieda globali fil-vjolenza, id-diskriminazzjoni, ir-razziżmu u d-diskors ta’ mibegħda, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa kruċjali għal impenn għall-paċi.

L-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri flimkien jikkontribwixxu aktar minn nofs l-għajnuna globali kollha għall-edukazzjoni, billi jappoġġjaw is-settur tal-edukazzjoni f’aktar minn 100 pajjiż madwar id-dinja kollha.

Sorsi

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
23 Jannar 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni