Tgħallem u ilgħab
Jekk int student tal-iskola primarja jew sekondarja, dan hu fejn issib logħob, kompetizzjonijiet u kotba ta’ attività biex jgħinuk tiskopri l-UE b’mod divertenti, fil-klassi jew id-dar. Tista’ ssir taf aktar dwar l-istudju jew il-volontarjat barra minn pajjiżek.
Għallem u kkonnettja
Jekk int għalliem u tixtieq tgħin lill-istudenti tiegħek jitgħallmu dwar l-UE u kif din taħdem, dan huwa sors ta’ materjal għat-tagħlim għall-gruppi tal-etajiet kollha. Barra li ssib ispirazzjoni għall-pjanijiet tal-lezzjonijiet, tista’ wkoll tiskopri opportunitajiet ta’ networking ma’ skejjel u ma’ għalliema oħra fl-UE kollha.
Bil-lingwi kollha tal-UE
Ir-Rokna tat-Tagħlim hi disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Agħżel il-lingwa li trid fin-naħa ta’ fuq tal-paġna.
Skopri aktar

Ivvjaġġa lura fiż-żmien u skopri mumenti importanti fl-istorja, l-invenzjonijiet, l-avvenimenti maġġuri fl-isport u s-soċjetà u aktar....li waslu għall-UE kif nafuha llum.

Sib skejjel biex tingħaqad magħhom, għalliema li tista’ taqsam l-esperjenzi tiegħek magħhom, seminars u ħafna aktar informazzjoni pprovduta min-networks Ewropej.

Sib informazzjoni dwar skambji, boroż ta’ studju, volontarjat, traineeships, impjiegi, żjajjar fl-istituzzjonijiet tal-UE u ħafna aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ.
X'hemm ġdid?

Għeżież żgħażagħ Ewropej! Qatt smajtu bil-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ? Dan il-premju, li jagħtih il-Parlament Ewropew, joffri rikonoxximent liż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-30 sena b’ideat innovattivi għal Ewropa aħjar. Biex tidħol fil-kompetizzjoni, kulma trid tagħmel hu li tidħol fil-website uffiċjali ddedikata għall-Premju Karlu Manju.

Fl-1 ta’ Jannar 2026, il-Bulgarija adottat l-ewro u saret il-21 membru taż-żona tal-ewro.

Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2026, Ċipru se jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, rwol ewlieni li jinbidel kull 6 xhur bejn il-pajjiżi tal-UE.
















