Għal darb’ oħra din is-sena, fl-aħħar diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-mandat attwali, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen se tiddeskrivi l-kisbiet tas-sena li għaddiet u l-kwistjonijiet importanti li qed jiffaċċjaw l-Ewropej. Hija se tippreżenta l-prijoritajiet u l-inizjattivi konkreti biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet fis-sena li ġejja, pereżempju, billi tipproponi liġijiet jew politiki ġodda tal-UE.
Is-sena l-oħra, uħud mis-suġġetti importanti li tkellmet dwarhom il-President kienu l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-indirizzar tat-tibdil fil-klima u l-kriżi tal-enerġija, kif ukoll it-trasformazzjoni tal-ekonomija tagħna billi naċċelleraw it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.
Dan l-indirizz jagħmel kontenut topiku kbir għad-diskussjonijiet fil-klassi dwar l-Unjoni Ewropea u l-futur tagħha u jista’ jservi bħala parti importanti minn lezzjoni usa’ dwar l-Ewropa. Tista’ ssib informazzjoni biex tintroduċi dan is-suġġett lill-istudenti hawnhekk u tara d-diskors mill-9am CET fit-13 ta’ Settembru f’din il-link, fejn tista’ ssib ukoll informazzjoni utli u materjal ta’ komunikazzjoni
Fuljett illustrattiv, li se jenfasizza l-kisbiet politiċi ewlenin b’impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini, se jkun disponibbli online fil-lingwi kollha tal-UE.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 5 Settembru 2023
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- Event