Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner

Ipparteċipa f’network ma’ għalliema oħrajn

Sib skejjel biex tingħaqad magħhom, għalliema li tista’ taqsam l-esperjenzi tiegħek magħhom, seminars u ħafna aktar informazzjoni pprovduta min-networks Ewropej.

Linji gwida

It-tagħlim ta’ suġġetti speċifiċi

Qed tfittex ideat mingħand il-pari tiegħek dwar kif wieħed jista’ jgħallem suġġett speċifiku?
Agħti daqqa t’għajn lill-għażla tagħna ta’ links utli:

scientix

Scientix

Scientix hija l-komunità għall-edukazzjoni xjentifika fl-Ewropa. Għandha l-għan li tippromwovi u tappoġġja kollaborazzjoni mal-Ewropa kollha fost l-għalliema, ir-riċerkaturi, dawk li jfasslu l-politika biex tispira lill-istudenti jsegwu karrieri fil-qasam tax-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika (STEM).
(Sit web multilingwi)

climate coalition

Koalizzjoni tal-Edukazzjoni għall-Klima

Il-Koalizzjoni tal-Edukazzjoni għall-Klima hija l-komunità tal-edukazzjoni parteċipattiva Ewropea li tappoġġja l-bidliet meħtieġa favur soċjetà newtrali għall-klima.
(Sit web bl-Ingliż)

Blue Charter

Network tal-Iskejjel Blu Ewropej

In-Network tal-Iskejjel Blu Ewropej huwa inizjattiva li tgħaqqad diversi organizzazzjonijiet, proġetti u persuni li jikkontribwixxu għall-għarfien dwar l-oċeani u l-ġestjoni sostenibbli tal-oċeani.
(Sit web bl-Ingliż)

Radicalisation Awareness Network

Prattikanti tar-RAN

In-Network ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (Prattikanti tar-RAN) jgħaqqad prattikanti tal-ewwel linja mill-Ewropa kollha li huma involuti kemm fil-prevenzjoni kif ukoll fil-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti fil-forom kollha tiegħu.
(Sit web bl-Ingliż)