- Grupp ta’ età
- Età minn 9 snin sa 12-il sena
- Sa 9 snin
- Età minn 12-il sena sa 15-il sena
- 'Il fuq minn 15-il sena
- Suġġett
- Tip ta’ materjal
Għandek bżonn parir dwar kif tuża t-teknoloġiji diġitali b’mod kritiku u responsabbli kif ukoll gwida dwar kif għandhom jiġu vvalutati l-kompetenzi tal-istudenti fil-qasam tal-litteriżmu diġitali?
Dawn il-linji gwida jipprovdu gwida prattika għall-għalliema u l-edukaturi, inklużi pariri prattiċi, pjanijiet ta’ attività, għarfien dwar suġġetti u noti kawtelatorji bbażati fuq dak li jaħdem fir-rigward tal-litteriżmu diġitali u l-edukazzjoni u t-taħriġ. Dawn għandhom l-għan li jrawmu fehim ta’ kif il-litteriżmu diġitali jista’ jinkiseb u jipprovdu għarfien utli dwar id-dinamika u l-manifestazzjonijiet tad-diżinformazzjoni.
Il-linji gwida huma maħsubin għall-għalliema/edukaturi tal-iskejjel primarji u sekondarji f’suġġetti differenti u b’livelli differenti ta’ esperjenza u għarfien f’dan il-qasam. Bl-istess mod, l-inklużjoni ta’ staff ieħor tal-iskola bħal psikologi soċjali/ħaddiema soċjali/librara kif ukoll l-appoġġ tal-ġenituri, il-professjonisti tal-media, is-soċjetà ċivili u l-komunità akbar se jkompli jarrikkixxi l-esperjenza tat-tagħlim tal-istudenti.
Iddawnlowdja l-linji gwida (PDF - 4.6 MB)
Fuq l-istess tema
- Highlighted
Dawn il-linji gwida huma mfassla biex jgħinu lill-edukaturi jifhmu l-potenzjal li għandhom l-applikazzjonijiet tal-IA u l-użu tad-<em>data</em> fl-edukazzjoni u biex iqajmu kuxjenza dwar ir-riskji possibbli.
Dan il-kitt pedagoġiku għandu l-għan li jipprovdi lill-edukaturi bi gwida prattika għall-wirja “Art in Democracy”.
Tuża l-istatistika meta tgħallem? Jew int student li tixtieq tifhem aktar dwar l-istatistika? Mela r-rokna tal-Edukazzjoni fuq is-sit web tal-Eurostat hi l-post it-tajjeb għalik!
Gwida lejn id-Dinja ta' Għeġubijiet li Tinsab Onlajn għal Tfal Intelliġenti
Riżorsi bla ħlas f’29 lingwa biex jgħinu lill-għalliema jintroduċu l-ikkowdjar u l-ħsieb komputazzjonali għall-istudenti ta’ kull età. Dawn l-attivita...
Il-bejjiegħa għandhom jagħtu lix-xerrejja l-istess aċċess għall-oġġetti u s-servizzi kull fejn ikunu fl-UE. Inkella jkun qed isir dak li jissejjaħ “im...
Mill-2017 ’l hawn, iċ-ċittadini tal-UE li jivvjaġġaw fi Stat Membru ieħor ma għadhomx iħallsu t-tariffi tar-roaming biex iċemplu, jibagħtu messaġġ jew...
F’dinja miżgħuda bid-diżinformazzjoni, it-trawwim tal-ħiliet ta’ valutazzjoni kritika huwa kruċjali. Dan is-sett ta’ għodod jgħammar lill-edukaturi biex irawmu mħuħ kurjużi għall-era diġitali.