IL-PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI TIEGĦEK
Din l-istqarrija ta’ privatezza tipprovdi informazzjoni dwar
l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek.
Attività ta’ pproċessar: Aħbarijiet dwar ir-Rokna tat-Tagħlim
Kontrollur tad-Data: Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, Direttorat A, Unità A.2
Referenza: DPO-190-5
1. Introduzzjoni
Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) hi impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tkompli tipproċessa d-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).
Din l-istqarrija ta’ privatezza tispjega għaliex nipproċessaw id-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru u nittrattaw id-data personali kollha li tiġi pprovduta kif ukoll kif niżguraw il-protezzjoni tagħha, kif dik l-informazzjoni tintuża, u liema drittijiet għandek b’rabta mad-data personali tiegħek. Din tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li miegħu int tista’ teżerċita drittijietek, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Din id-dikjarazzjoni ta’ privatezza tikkonċerna l-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni meta timmaniġġja l-Aħbarijiet dwar ir-Rokna tat-Tagħlim, amministrata mid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, A.2 (COMM.A.2 – il-Kontrollur tad-Data orizzontali f’isem il-Kummissjoni) u mid-Direttorat Ġenerali għan-Networks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija, R.3 (CNECT.R.3 – is-servizz responsabbli għall-applikazzjoni tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-UE li permezz tagħha jintbagħtu l-Aħbarijiet dwar ir-Rokna tat-Tagħlim).
2. Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?
L-Aħbarijiet dwar ir-Rokna tat-Tagħlim hija newsletter ippubblikata mid-DĠ COMM diversi drabi fis-sena biex tinforma lill-għalliema tal-iskejjel primarji u sekondarji fl-UE, kif ukoll lil udjenzi interessati oħra, dwar materjali ġodda u eżistenti disponibbli fuq is-sit web tar-Rokna tat-Tagħlim tal-UE għat-tagħlim u l-apprendiment dwar l-UE, u informazzjoni oħra ta’ interess potenzjali.
Dawk li jixtiequ jirċievu l-Aħbarijiet dwar ir-Rokna tat-Tagħlim jistgħu jagħmlu dan billi jirreġistraw fuq paġna ta’ abbonament apposta.
Id-data personali tiegħek mhux se tintuża għal teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili.
Jekk jogħġbok innota li l-indirizzi ġeneriċi tal-email tal-iskejjel primarji u sekondarji fl-UE li huma pubblikament disponibbli online ġew abbonati b’mod awtomatiku biex jirċievu l-Aħbarijiet dwar ir-Rokna tat-Tagħlim. Minħabba li dawn l-indirizzi huma ta’ natura ġenerika, dawn ma jinkludu l-ebda data personali u għalhekk ma jeħtiġux il-kunsens għall-ipproċessar tagħhom.
3. Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek
Nipproċessaw id-data personali tiegħek għaliex inti tajt il-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għal għan speċifiku wieħed jew aktar (l-Artikolu 5(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725.
Għal attivitajiet speċifiċi ta’ pproċessar, hemm bżonn tal-kunsens tiegħek. F’konformità mal-Artikolu 3(15) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-kunsens irid jingħata b’mod liberu, speċifiku, infurmat u mhux ambigwu u jista’ jiġi espress permezz ta’ e-mail, formola ta’ reġistrazzjoni elettronika sottomessa, jew fi kwalunkwe forma miktuba oħra.
Għall-fini tal-operazzjoni ta’ pproċessar inkwistjoni, il-Kontrollur tad-Data jqis li l-ipproċessar huwa legali peress li d-data personali hija pprovduta mis-soġġetti tad-data li jixtiequ jabbonaw għall-Aħbarijiet dwar ir-Rokna tat-Tagħlim.
Aħna ksibna l-kunsens tiegħek direttament mingħandek, meta kont qed tabbona għas-servizz.
4. Liema data personali niġbru u nipproċessaw aktar?
Sabiex iwettaq din l-operazzjoni ta’ proċesssar, il-Kontrollur tad-Data jista’ jiġbor u jipproċessa l-kategoriji tad-data personali li ġejjin:
L-e-mail huwa l-unika data personali obbligatorja meħtieġa biex tabbona għas-servizz. Huwa meħtieġ biex jiġi żgurat l-għoti tas-servizz lill-abbonat, peress li n-newsletter titqassam permezz tal-e-mail.
Id-data personali mhux obbligatorja (it-titlu, l-isem u l-kunjom, is-sess, il-pajjiż ta’ residenza, u s-settur) hija utli għall-Kummissjoni għall-finijiet ta’ statistika u biex tadatta l-kontenut tan-newsletter għall-interessi tal-abbonati tagħha.
Id-data personali kollha tinħażen fl-applikazzjoni tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-UE. Il-Kamra tal-Aħbarijiet tal-UE hija sistema ta’ ġestjoni tal-aħbarijiet żviluppata, ġestita u miżmuma mid-Direttorat Ġenerali għan-Networks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija, il-Kontenut u t-Teknoloġija.
5. Għal kemm żmien tinżamm id-data personali tiegħek?
Il-Kontrollur tad-Data jżomm biss id-data personali tiegħek għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop tal-ġbir jew ta’ aktar ipproċessar, jiġifieri sal-mument li inti tneħħi l-abbonament tiegħek mis-servizz jew sakemm tiġi pproċessata t-talba tiegħek bil-miktub lill-amministratur tas-sistema li tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek (massimu ta’ xahar). Jekk twaqqaf l-abbonament, id-data personali tiegħek titħassar b’mod permanenti. Jekk l-indirizz tal-e-mail tiegħek jiġi aġġornat, ma tinżamm l-ebda storja tal-indirizz tal-e-mail preċedenti.
6. Kif inħarsu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?
Id-data personali kollha f’format elettroniku (e-mails, dokumenti, bażijiet tad-data, batches applowdjati ta’ data, eċċ.) jinħażnu fis-servers tal-Kummissjoni Ewropea. L-operazzjonijiet tal-ipproċessar jitwettqu kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.
Il-kuntratturi tal-Kummissjoni huma marbuta bi klawżola kuntrattwali speċifika għal kwalunkwe operazzjoni ta’ pproċessar tad-data personali f’isem il-Kummissjoni, u bl-obbligi ta’ kunfidenzjalità li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (GDPR).
Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet għadd ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju tat-telf ta’ data, il-modifika ta' data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għal data personali għal persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ għarfien għall-finijiet ta’ din l-attività ta’ pproċessar.
7. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?
L-aċċess għad-data personali tiegħek huwa pprovdut lill-istaff awtorizzat tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-kuntratturi tiegħu responsabbli mit-twettiq ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar skont il-prinċipju tal- “ħtieġa ta’ għarfien”. Dan l-istaff jirrispetta ftehimiet statutorji, u fejn meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.
L-istaff awtorizzat biss tal-Kummissjoni bi privileġġ ta’ amministratur għandu aċċess għad-data personali tal-Aħbarijiet dwar ir-Rokna tat-Tagħlim ipprovduta minn utent waqt li jkun qed jabbona għas-servizz.
L-informazzjoni li niġbru mhu se tingħata lil ebda parti terza, ħlief jekk sa ċertu punt u għal ċertu skop inkunu obbligati nagħmlu dan bil-liġi.
8. X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?
Għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Fir-rigward ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar, tista’ teżerċita d-drittijiet li ġejjin:
- id-dritt ta’ aċċess għad-data personali tiegħek (l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
- id-dritt ta’ rettifika fl-każ li d-data personali tiegħek mhix preċiża jew mhix kompluta (l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
- id-dritt tat-tħassir tad-data personali tiegħek (l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
- fejn japplika, id-dritt tar-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek (l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
- id-dritt tal-portabilità tad-data personali tiegħek (l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
Inti tajt il-kunsens tiegħek li tipprovdi d-data personali tiegħek lid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, l-Unità A.2 għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar. Tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma tkun irtirajt il-kunsens tiegħek.
Int tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom tingħata fit-Taqsima 9.
Meta tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni tal-ipproċessar speċifika waħda jew aktar, jekk jogħġbok ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-Referenza(i) tar-reġistrazzjoni tagħhom kif speċifikat fit-Taqsima 10) fit-talba tiegħek.
9. L-informazzjoni ta’ kuntatt
Il-Kontrollur tad-Data:
Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek xi kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, ikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, DG COMM.A.2 ( COMM-LEARNINGCORNERNEWS
ec [dot] europa [dot] eu (COMM-INVESTEU[at]ec[dot]europa[dot]eu)).
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD)
Inti tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICER
ec [dot] europa [dot] eu (DATA-PROTECTION-OFFICER[at]ec[dot]europa[dot]eu)) fil-każ ta’ kwistjonijiet marbuta mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)
Għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps
edps [dot] europa [dot] eu (edps[at]edps[dot]europa[dot]eu)) jekk jidhirlek li d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 inkisru b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kontrollur tad-Data.
10. Fejn tista’ ssib informazzjoni aktar iddettaljata?
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD) jippubblika r-reġistru tal-attivitajiet kollha ta’ pproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni, li jkunu ġew dokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru minn dan il-link li ġej: http://ec.europa.eu/dpo-register
Din l-attività ta’ pproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Referenza li ġejja: DPO-190-5