“Dan huwa l-mument li nuru lill-ġenerazzjoni li tiela’ li nistgħu nibnu kontinent fejn tista’ tkun min verament int, tħobb lil min trid, u jkollok ambizzjonijiet kbar kemm trid.”
Fid-diskors tagħha, is-Sinjura von der Leyen, irriflettiet dwar dak li l-Unjoni Ewropea (UE) kisbet fl-aħħar sena u fuq xiex se tiffoka fis-sena li ġejja, l-aħħar waħda tal-mandat tagħha. Suġġett importanti kien it-tibdil fil-klima; pereżempju, ħabbret inizjattiva ġdida dwar l-enerġija mir-riħ. Suġġett ieħor kien id-diġitalizzazzjoni; l-UE se tagħmel is-supercomputers tagħha disponibbli għal inizjattivi ġodda tal-IA. Biex tgħin l-ekonomija, hi ħabbret miżuri biex jitnaqqas ix-xogħol amministrattiv għall-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju. Suġġett ewlieni kien, naturalment, l-aggressjoni li għaddejja tar-Russja kontra l-Ukrajna. L-UE se tkompli tappoġġja lill-Ukrajna sakemm ikun meħtieġ, hi qalet, filwaqt li żiedet li “l-futur tal-Ukrajna huwa fl-Unjoni tagħna”.
Dan l-indirizz jagħmel kontenut topiku kbir għad-diskussjonijiet fil-klassi dwar l-Unjoni Ewropea u l-futur tagħha u jista’ jservi bħala parti importanti minn lezzjoni usa’ dwar l-Ewropa.
Sorsi
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 15 Settembru 2023
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- News