Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner
  • Avviż tal-aħbarijiet
  • 30 Novembru 2022
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

Xarabanks tal-iskola għat-tfal Ukreni

L-edukazzjoni hija pedament tal-futur tagħna. Huwa stmat li fl-Ukrajna 5.7 miljun tifel u tifla tal-età tal-iskola ntlaqtu mill-aggressjoni mhux ġustifikata tar-Russja, u eluf ta’ skejjel u faċilitajiet ġarrbu l-ħsara. 

""
©Janne Savon, 2022

L-edukazzjoni hija pedament tal-futur tagħna. Huwa stmat li fl-Ukrajna 5.7 miljun tifel u tifla tal-età tal-iskola ntlaqtu mill-aggressjoni mhux ġustifikata tar-Russja, u eluf ta’ skejjel u faċilitajiet ġarrbu ħsara. Għalihom, l-aċċess sikur għall-iskola huwa ta’ importanza kbira, peress li jagħtihom sens ta’ normalità u huwa essenzjali għall-benesseri u l-futur tagħhom.

Minkejja l-qerda u s-sagrifiċċji, l-Ukreni qed iħarsu lejn il-futur bil-fiduċja u bit-tama. U dan il-futur jibda billi jiġi żgurat li l-iskejjel ikunu miftuħa u li t-tfal ikunu jistgħu jmorru l-iskola. Minħabba li ħafna skejjel saritilhom il-ħsara, ħafna tfal issa jridu jivvjaġġaw distanzi sinifikanti lejn skejjel ’il bogħod minn djarhom.

Biex tgħin biex dan ikun possibbli, il-Kummissjoni Ewropea qed tappella lill-entitajiet pubbliċi u privati fl-UE u lil hinn minnha biex jingħaqdu flimkien u juru solidarjetà, billi jagħtu xarabanks li huma essenzjali biex it-tfal Ukreni jinġiebu lura l-iskola b’mod sikur.

Taf entità pubblika jew kumpanija privata li tkun tista’ tagħti xarabank b’donazzjoni? Stedinhom isegwu l-link u jaraw kif jistgħu jgħinu!

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
30 Novembru 2022
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni